Posted in Activities, Ittri

Nitgħallmu l-ittra b

F’din l-attivita’, it-tfal ġew introdotti għall-ittra b, billi spejgajt kif tinqarha u tinkiteb. Eżempji ta’ kliem li jibdew bl-ittra u oġġetti ta’ vera li jibdew b’din l-ittra intwerew lit-tfal bħal barnuża, banana, beritta, basla, bużżieqa u ballun. Huma kellhom l-opporunita’ li jmissu l-oġġetti b’idejhom u ġew imħeġġa jgħidu l-kliem huma stess. Wara li t-tfal ġew esposti għal oġġetti ta’ vera, huma kellhom l-opportunita’ li jippruvaw jiffurmaw l-ittra b huma stess. It-tfal ġew pprovduti b’tilari mimlijin bil-melħ li permezz tagħhom, huma setgħu jipprattikaw kif tinkiteb l-ittra b b’subgħajhom. Hawnhekk it-tfal mhux biss kienu qed jitgħallmu kif tiġi ffurmata din l-ittra imma wkoll saħħew il-muskoli ta idejhom permezz ta’ din l-attivita’ tas-sensi.